“L-attakk kimiku fis-Sirja hu tort tar-Russja” – Sir Michael Fallon

L-Ingilterra qalet li t-tort tal-attakk b’armi kimiċi fis-Sirja l-ġimgħa li għaddiet kien tar-Russja.
Fi stqarrija s-Segretarju għad-Difiża Ingliż Sir Michael Fallon qal li l-Kremlin hu responsabbli tal-attakk indirettament talli qed jappoġja r-reġim tal-President Bashar al-Assad.
Fallon ippublika din l-istqarrija fil-ġurnal Ingliż Sunday Times wara li s-Segretarju Ingliż għall-Affarijiet Barranin Boris Johnson ikkanċella l-mawra tiegħu f’Moska.
Ritratt: Sir Michael Fallon