L-attakk fuq Guam jista’ jseħħ sa nofs Awwissu

Il-Korea ta’ Fuq heddet lill-Istati Uniti li l-preparamenti għall-attakk bil-missili fuq il-gżira ta’ Guam jistgħu jkunu lesti fil-ftit jiem li ġejjin.
Il-midja statali qalet li kulma jonqos li Kim Jong-un japprova l-attakk, u jkun hemm missili tat-tip Hwasong-12 lesti biex itiru minn fuq il-Ġappun għall-baħar qriib Guam.
F’dil-gżira hemm bombi strateġiċi tal-Istati Uniti.
Sadanittant, il-Korea ta’ Fuq ikkummentat dwar it-theddida tal-President Amerikan, Donald Trump, li waqt intervista qal li l-pajjiż se jirritalja bil-kbir għall-Korea ta’ Fuq
Għall-Koreani, ma jeżistix ħjiel ta’ raġuni fi Trump.
L-Istati Uniti diġà wissiet lill-Korea ta’ Fuq li l-mod kif qed taġixxi se jwasslu għat-tmiem tar-reġim ta’ Kim Jong-un.
Ritratt: il-bażi militari Amerikana fi Guam