​“L-attakk f’Salisbury mhux aċċettabbli” – Ministri UE

Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE qablu bejniethom li l-uniku mezz biex jissolva l-kunflitt fil-Lvant tal-Ukraina huwa permezz tat-twettieq tal-Ftehim ta’ Minsk.
Il-Ministri ikkundannaw dak li sejħu bħala inaċċettabbli l-attakk li sar f’Salisbury permezz ta’ kimiċi letali. 
Il-Ministri Ewropej qalu li qed jilqgħu b’sodisfazzjon il-progress tal-Ukraina fl-oqsma tas-saħħa u pensjonijiet filwaqt li żammet l-impenn tagħha fil-proċess ta’ riformi. 
Appellaw lir-Russja biex twieġeb mill-aktar fis għall-mistoqsijiet li qed tressaq l-Ingilterra mal-komunità internazzjonali. 
Il-Ministri iddisuktew ukoll is-sitwazzjoni fis-Sirja partikolarment l-aħħar incidenti f’Ghouta, kif ukoll ir-relazzjonijiet mal-Iran.