L-att ta’ mħabba lejn ommijietna din is-sena huwa li nħarsu saħħithom – L-Arċisqof

Read in English.

Fil-vlogg il-ġdid tiegħu ddedikat għal Jum l-Omm, l-Arċisqof Charles Scicluna sostna li l-att ta’ mħabba tal-ulied lejn ommijiethom din is-sena huwa li jħarsu saħħet l-omm.

L-Arċisqof spjega li kawża tal-pandemija tal-coronavirus, l-awtoritajiet qed jitolbu lil kulħadd sabiex jevita li jiltaqa’ fi gruppi kbar. Qal b’hekk minflok wieħed iżur lil ommu forsi jċemplilha jew inkella jħallilha kartolina jew xi bukkett fjuri b’rispett lejn id-distanza soċjali neċessarja. Hu appella biex dawk li għandhom ġenituri mejtin, ma jinsewx jiftakru fihom ukoll.

Intant hu kien tal-parir li l-ulied mhux biss jiftakru jirringrazzjaw lill-ġenituri fil-jiem iddedikati għalihom, iżda wkoll meta l-ulied jgħalqu sninhom. Qal li meta wieħed jgħalaq sninu, tajjeb li jiċċelebra wkoll billi jagħti kartolina ta’ ringrazzjament lill-ġenituri tiegħu. Qal li dawk li għandhom il-ġenituri tagħhom mejtin jistgħu joffru quddiesa għal ruħhom jew jieħdu bukkett fjuri fiċ-ċimiterju.

Hu temm billi awgura lill-ommijiet kollha f’dan il-jum iddedikat għalihom.