L-atleti ewlenin bl-aħħar tħejjija għall-Kampjonati Nazzjonali

Ritratt: Wally Galea

Read in English.

L-atleti ewlenin jirritornaw fit-trakka għada għall-aħħar MAAA Challenge tal-istaġun, li se sservi ta’ preparament qabel l-istaġun jilħaq il-qofol tiegħu fil-Kampjonati Nazzjonali Cavalieri Art Hotel, skedati fit-22 u t-23 ta’ Awwissu. Minkejja żieda fit-temperaturi u staġun ferm itwal mis-soltu, l-atleti lokali kellhom għadd ta’ prestazzjonijiet eċċellenti fl-aħħar ġimgħat u b’hekk kompliet tikber l-istennija għal din il-fażi finali tal-istaġun.

Numru ta’ dwelli interessanti huma mistennija fit-trakka tal-Matthew Micallef St John in Marsa, filwaqt li numru fost l-aqwa atleti Maltin se jfittxu li jniżżlu isimhom fl-istorja tar-rekords ta’ pajjiżna.

Fit-trakka, Daniel Saliba (Pembroke Athleta) se jipprova jerġa’ jtejjeb ir-rekord nazzjonali tiegħu fil-110m hurdles u jinżel taħt il-15-il sekonda. Konfront mistenni huwa bejn Luke Bezzina (St. Patricks) u Lloyd Mhiripiri (La Salle) fuq il-100m u l-200m filwaqt li għal Luca Farrugia (Rush) se tkun l-aħħar opportunità biex itejjeb il-ħin tiegħu fuq l-400m.

Sfida interessanti oħra se tkun bejn Dillon Cassar (Raptorz) u Jean Paul Debono (Zurrieq Wolves) fuq l-1500m. Fuq l-istess distanza, Mona Lisa Camilleri (Libertas) mistennija tkompli tibni fuq il-ħinijiet eċċellenti li kisbet dan l-aħħar.

L-avvenimenti tan-nisa fit-trakka huma wkoll mill-aktar eċitanti hekk kif fuq il-100m, il-kollegi ta’ Pembroke Athleta, Claire Azzopardi u Carla Scicluna, qed ifittxu prestazzjoni mill-aqwa li tniżżilhom taħt it-12-il sekonda fil-100m. Min-naħa tagħha, Janet Richard, ukoll ta’ Pembroke, se terġa’ tipprova tentattiv ieħor li tegħleb wieħed mill-eqdem rekords nazzjonali fil-kamp femminili, dak ta’ Tanya Blake fl-400m.

Wara assenza ta’ xi żmien, Claire Azzopardi mistennija tirritorna fil-kompetizzjoni tat-triple jump. Prestazzjonijiet b’saħħithom huma mistennija wkoll minn tliet atleti li kisbu rekords nazzjonali fl-aħħar ġimgħat: Mireya Cassar (St. Patrick’s), Luca Martini u Kyle Farrugia (it-tnejn Rush).

Monalisa Camiller u Paula Grech. Ritratt: Wally Galea

L-MAAA se tkun qed tieħu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha mill-aspett tas-saħħa biex tiżgura s-sigurtà tal-atleti, kowċis u uffiċjali preżenti. L-avveniment mhux se jkun miftuħ għall-pubbliku. Il-Programm tal-avvenimenti hu disponibbli hawn taħt.

Is-Sibt 8 ta’ Awwissu

Final Challenge Meeting fil-Matthew Micallef St John Track Marsa

NruĠeneruDeskrizzjoniĦin
1FWomens’ Hurdles17:00
2MFHammer Throw17:05
3MFTriple Jump17:05
4MMen’s Hurdles17:10
5MMens’ 40017:15
6FWomens’ 40017:30
7MMens’ 150017:45
8FWomens’ 150017:55
9MFDiscus Throw18:00
10MMen’s 10018:00
11FWomen’s 10018:15
12MMens’ 80018:30
13FWomens’ 80018:45
14MMens’ 20018:55
15MFShot Put19:00
16FWomens’ 20019:05
17MFJavelin Throw19:15
18MMens’ 300019:20
19FWomens’ 300019:30
20MFLong Jump19:30
Ritratt: Wally Galea