L-atleta Rachel Ann Said tingħata tifkira għas-suċċess li kisbet

MGOZ: George Scerro

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana kellha laqgħa ta’ korteżija mal-atleta promettenti Għawdxija Rachel Ann Said li dan l-aħħar kellha suċċess barra minn xtutna.

L-atleta Għawdxija fil-fatt irrapreżentat lil Għawdex u lil Malta fil-WDFPF World Powerlifting Championships f’Halle, il-Ġermanja. Hija rrnexxilha tasal biex tikkompeti f-Kampjonati Dinjin billi kklassifikat fit-tieni post fil-klassi tal-piż tagħha, dak ta’ 47.5kg. Rachel irnexxilha wkoll tilħaq l-aqwa rekord personali tagħha ta’ 50kg u deadlift ta’ 110kg.

Il-Ministru Caruana ferħet u rringrazzjat lil Rachel u ppreżentat tifkira żgħira biex tfakkar dan is-suċċess li kisbet filwaqt li awguratilha għal aktar suċċessi fil-futur. Caruana esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li aktar atleti Għawdxin qed jagħmlu ġieħ lill-Għawdex fuq skala nazzjonali u internazzjonali.