L-atleta David Rudisha jirringrazzja l-Alla li għadu ħaj

David Rudisha li rnexxielu jirbaħ l-Olimpjadi darbtejn irringrazza lill-Alla tal-ħajja wara li rnexxielu jsalva minn inċident bil-karozza fil-Kenja. Rudisha li għandu 30 sena kien qed isuq l-SUV fil-highway bejn Nairobi u Kisumu. Sfortunatament waħda mir-roti tal-karozza splodiet u l-karozza baqgħet dieħla f’xarabank.

Rudisha kellu jittieħed l-isptar għall-kura medika, iżda ma sofriex minn ġrieħi gravi. Il-pulizija kkonfermat ukoll li ħadd ma miet fl-inċident. Rudisha kiteb fuq Twitter u qal li ma sofra ebda ġrieħi. Hu rringrazja lil dawk kollha li talbu għalih.