Il-MAM takkuża lill-PM b’indħil fil-ħidma tal-awtoritajiet tas-saħħa

Thedded azzjonijiet industrijali jekk ma jitħassrux l-attivitajiet tal-massa

Miguela Xuereb

Read in English.

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija rreġistrat tilwima industrijali mal-Gvern fid-dawl ta’ dak li sejħet interferenzi kontinwi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-ħidma tas-Superindent tas-Saħħa Pubblika. 

L-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lit-tobba wissiet li qed tirriżerva d-dritt li tieħu azzjoni legali kontra min bid-deċiżjonijiet tiegħu jew nuqqas tagħhom qed jipperikola il-ħajja tal-membri tagħha. 

Minn nhar it-Tnejn 3 ta’ Awwissu, l-assoċjazzjoni talbet lit-tobba li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti bħala vulnerabbli, biex jagħmlu biss xogħol amministrattiv, bit-telework u jevitaw kuntatt ma’ pazjenti, filwaqt li talbet lit-tobba l-oħra biex jibqgħu jaħdmu ma’ kull pazjent, inkluż dawk vulnerabbli biex ma tonqosx il-kura lejhom.

L-Assoċjazzjoni Medika saħqet li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kontra kull parir xjentifiku, iddikjara li s-sitwazzjoni ta’ emerġenza pubblika kienet spiċċat, meta fil-fatt ma kienx il-każ. Apparti minn hekk akkużat lill-Prim Ministru li bl-istqarrijiet u bl-aġir tiegħu ma’ segwiex l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa.

L-MAM ordnat biex jiġu revokati l-permessi għall-avvenimenti li jkollhom aktar minn 10 persuni u li l-faċilitajiet tas-saħħa pubblika jergħu jibdew joperaw fil-mod ta’ emerġenza ki kif kien ben Marzu u Ġunju.