L-Assoċjazzjoni tar-Referees tal-Waterpolo mhux se tirrefja logħob ta’ Sliema ASC

L-Assoċjazzjoni Maltija tar-Referees tal-Waterpolo ħabbret li mhux se tkun qed tirrefja logħob ta’ Sliema ASC, kemm tal-irġiel, tan-nisa u anka tal-gruppi ż-żgħar. Dan se jkun qed jidħol fis-seħħ b’mod immedjat.

Din id-deċiżjoni ittieħdet wara li Sliema ASC wrew nuqqas ta’ fiduċja fl-Assoċjazzjoni. Huma kienu wasslu jitolbu biex l-ebda referee Malti ma jirrefja fil-logħob finali tal-premier division tal-kampjonat tas-Sajf ta’ din is-sena. Jidher li t-talba ġiet motivata minn insinwazzjonijiet li jistgħu jkunu serji ħafna.

L-Assoċjazzjoni ikkundannat mhux biss in-nuqqas ta’ fiduċja muri lejha iżda wkoll l-allegazzjonijiet magħmula fil-konfront tagħha u tal-membri tagħha. L-Assoċjazzjoni kompliet billi qalet li imġieba bla bażi bħal din ma tistax tiġi ġġustifikata u ttollerata.