L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija tikkundanna l-każ ta’ ksur ta’ privatezza fil-korp

L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija esprimiet it-tħassib tagħha għal kif l-allegat każ ta’ informazzjoni personali li ngħatat mil-file ta' Spettur tal-pulizija lil sezzjoni tal-midja, ma kinetx l-ewwel darba li ġrat.
Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni qalet li dan kollu qed jimmina x-xoghol delikat li twettaq il-Pulizija u jtebba' ir-reputazzjoni tal-membri taghha.
L-Assoċjazzjoni kkundannat l-fatt li uhud mill-membri tal-midja jirraportaw allegazzjonijiet fil-konfront tal-membri tal-korp tal-pulizija li “jkunu intizi biss biex itellfu l-integrità tal-membri”.
Fl-istqarrija, l-Assoċjazzjoni tappella kemm lill-Ministru responsabbli mill-Intern kif ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija biex ikomplu jimplimentaw miżuri u kontrolli effettivi sabiex tiġi salvagwardjata informazzjoni personali tal-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija.