L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali se tqassam bins għall-kompost

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ħabbret li se tkun qed tqassam numru ta’ bins għall-kompost minn ħames Kumtati Reġjonali f’Malta u Għawdex.
20 kontenitur tal-plastik se jitqassmu f’inizzjattiva tal-Assoċjazzjoni minn fondi Ewropej biex jinkoraġixxi lill-pubbliku biex minflok jarmi l-bqija tal-ikel ikun jista’ jibdlu f’kompost li jintuża għall-agrikoltura u anke fil-ġnien tad-dar.
Għalhekk dawn il-kontenituri se jitqassmu fid-djar, skejjel jew organizzazjonijiet oħra li jipproduċu skart bijoloġiku u li jistgħu jużaw il-kompost fid-dar.

Dawk interessati li jakkwistaw dawn il-bins għandhom jikkuntattjaw lill-Kumitat Reġjonali rispettiv:

Kumitat Reġjonali Kuntatt
Għawdexghawdex.dlg@gov.mt
Tramuntanatramuntana.dlg@gov.mt
Ċentralicentrali.dlg@gov.mt
Xlokkxlokk.dlg@gov.mt
Nofsinarnofsinhar.dlg@gov.mt