L-Assoċjazzjoni tal-Konsumatur imħassba dwar l-istqarrija tal-WHO

L-Assoċjazzjoni għad-drittijiet tal-Konsumatur esprimiet it-tħassib tagħha wara r-riżultati tar-riċerka tal-esperti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fejn instab li laħam ipproċessat  jista’ jwassal għal kanċer tal-imsaren fil-bniedem, waqt li anki laħam ahmar jista jkun ukoll kaġun ta’ din il-marda.
L-Assoċjazzjoni qalet li dan l-istħarriġ għandu jiġi ikkunsidrat b’mod serju ħafna fejn tidħol is-saħħa tal-individwi. Qalet li qed tistenna linji gwida ta’ prekawzjoni mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa, bhala l-ewwel passi li għandhom jittieħdu.