L-Assoċjazzjoni tal-ibburdjar torganizza l-ewwel avveniment tal-2020

L-Assoċjazzjoni tal-ibburdjar Maltija tal-klassi SB20 organizzat l-ewwel avveniment tagħha, għall-2020. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-flotta SB20 ħadet sehem f’total ta’ sitt tlielaq mifruxa fuq jumejn.

It-temp kien konsistenti b’żiffa mill-grigal u bl-imbatt moderat.

Minkejja li kienet flotta żgħira, xorta kien hemm azzjoni tajba. Id-dgħajsa Careful Now ta’ Barry Hurley u l-kru tiegħu wrew superjorità matul it-tlielaq kollha fejn huma rreġistraw l-ewwel post mingħajr telfa waħda.

Kien hemm kompetizzjoni tajba għat-tieni post bejn Seriously Bonkers ta’ Robert Ciantar u Outlaw ta’ Brian Flahive. Fl-aħħar kien Outlaw li għeleb lill-ekwipaġġ ta’ Seriously Bonkers.  

Il-Camilleri Marine regatta kienet ta’suċċess kbir, b’erba’ dgħajjes jikkompetu f’kundizzjonijiet tat-tbaħħir eċċellenti.

L-għoti ta’premijiet saru fir-Royal Malta Yacht Club li laqgħet lill-baħħara kollha għal serata soċjali. Din kienet opportunità tajba biex tgħaqqad il-komunità tal-SB20, li dejjem qeda tikber f’Malta.

Il-Klassi SB20 ser terġa tkun impenjata bejn il-15 u s-16 ta’ Frar. Għal aktar informazzjoni żur il-paġna Facebook tal-Assoċjazzjoniji.