L-assassinju tal-ġurnalista Russu kien irreċtat; għadu ħaj

Il-ġurnalist russu Arkady Babchenko, li dalgħodu ġie rrapurtat li nqatel fi Kiev, deher f’konferenza tal-aħbarijiet qawwi u sħiħ.
Fi żvilupp straordinarju, il-ġurnalist kritiku tal-Kremlin deher ħaj fuq stazzjon televiżiv tal-Ukraina.
Il-Kap tas-servizzi tas-sigurtà tal-Ukraina qal lill-midja li l-assassinju inħadem wara li l-Ukraina saret taf li r-Russja kienet qed tippjana li toqtol lill-ġurnalist.
Babchenko rringrazzja lis-servizzi tas-sigurtà talli salvawlu ħajtu.
Dalgħodu ġie rrappurtat li l-ġurnalist instab minn martu fl-entratura tal-blokka tal-appartamenti fejn joqgħodu b’numru ta’ tiri f’daru u li miet fl-ambulanza.
Hu ma kienx qal lil martu li l-assassinju kien fittizju, u pubblikament għamlilha apoloġija.
Din il-ħidma straordinarja wasslet għall-arrest ta’ persuna li kellha x’taqsam ma’ dak li seta’ jkun l-assassinju veru tal-ġurnalist.
Ritratt: Reuters