L-ASMK iħabbru numru ta’ attivitajiet

Nhar il-Ħadd li ġej ser jissokkta l-kampjonat Nazzjonali tal-Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Matul il-jum se tiġi organizzata wkoll Fun Race fejn bosta dilettanti u sewwieqa tal-Motocross li għadhom ma jieħdux sehem fil-kampjonat ser ikollhom iċ-ċans li jikkompetu bejniethom.It-tiġrijiet se jibdew fl-10:00, bl-ewwel kategorija tkun dik tal-Motocross biex imbagħad fis-13:00 jibdew jikkompetu s-sewwieqa tal-Autocross. L-attività se tittella’ fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali.
Intant nhar is-Sibt 12 ta’ Mejju l-ASMK kompliet bil-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018 fejn ġiet organizzata il-ħames attività fil-Whiterocks ġewwa Pembroke. Għal dan l-avveniment irreġistraw 17 il-sewwieq li kkompetew fuq korsa b’distanza ta’ 3 kilometri.
L-aħħar kompetizzjoni Enduro għal dan l-istaġun mistennija ssir fl-24 ta’ Ġunju ġewwa San Lawrenz f’ Għawdex qabel ma tibda l-SUV Demolition Derby fit-28 ta’ Lulju. ASMK qed iħeġġu lil dawk interssati fl-SUV Demolition Derbysabiex fit-23 ta’ Mejju jattendu għal-laqgħa fit-20:00 ġewwa l-Klabb House tagħhom fl-Imtarfa.