L-artist u politiku Taljan Beppe Grillo ma jridx koalizzjoni

L-artist komiku Taljan li spiċċa politikant, Beppe Grillo, eskluda l-possibiltà li jifforma koalizzjoni mal-partit ċentru-xellugi ta’ Pier Luigi Bersani.

Il-partit ta’ Bersnai rebaħ maġġoranza fl-Elezzjoni Presidenzjali, iżda ma’ ġabx biżżejjed siġġijiet fil-Parlament.

Beppe Grillo, li permezz tal-partit Cinque Stelle kiseb it-tielet l-ikbar ammont ta’ voti, qal li qed jistenna li l-partit ta’ Bersani u dak tal-eks Prim Ministru Silvio Berlusconi jilħqu ftehim bejniethom.

Intant il-Gvern Taljan biegħ €4 biljun f’bonds li jimmaturaw fi żmien għaxar snin.