“L-artist huwa importanti f’soċjetà demokratika” – Owen Bonnici

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li l-irwol tal-artist huwa importanti f’soċjetà demokratika li tħaddan il-libertà tal-espressjoni.
Waqt esebizzjoni tal-arti organizzata mill-istudenti tal-Istorja tal-Arti u l-Fine Arts fl-Università ta’ Malta, il-Ministru saħaq kemm l-artist jilgħab rwol importanti fis-soċjetà sabiex iwassal messaġġi permezz tal-arti.
Bonnici faħħar l-impenn tal-istudenti li użaw stil Dada. L-ambjent kien l-aktar suġġett prominenti fost ix-xogħlijiet artistiċi.
Waqt l-esebizzjoni, l-Ministru fakkar kif il-Gvern ħadem sabiex isaħħaħ il-libertà tal-espressjoni artistika bit -tneħħija ta’ diversi liġijiet li kienu qed jikkawżaw ċensura fuq l-artist.
L-esebizzjoni tispiċċa għada fit-8pm u qed tittella’ ġewwa l-Power Station l-Antika fil-Waterfront tal-Belt Valletta.
Ritratti: DOI – Kevin Abela