L-art qrib Ta’ Ħaġrat esproprjata

L-art qrib it-tempji Ta’ Ħaġrat fl-Imġarr ġiet esproprjata u n-notifika se tingħata fil-Gazzetta tal-Gvern li se tiġi ppubblikata minn hawn u sagħtejn oħra.
Is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon qal dan fil-Parlament illejla fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi dwar dan is-sit.
Qal li l-esproprjazzjoni qed issir wara ftehim li ntlaħaq ma’ sidien l-art, u filwaqt li ma tax iċ-ċifra tal-kumpens qal li dan hu tal-valur tal-konvenju li kellhom is-sidien dwar l-istess art.
L-aħbar dwar l-esproprjazzjoni ħarġet ftit iktar minn xahrejn ilu wara kontroversja li nqalgħet hekk kif il-MEPA ħarġet permess għal żvilupp qrib dan is-sit preistoriku.