​L-art f’Bulebel se tibqa’ għal użu agrikolu

Il-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent u l-Ippjanar qed jirrikomanda li ż-żona f’Bulebel li għall-ewwel ġiet identifikata għal żvilupp isir art barra miż-żona tal-iżvilupp u jinbeda proċess li permezz tiegħu, il-valur agrikolu ta’ din l-art ikun rikonoxxut.
L-Għaqda Wirt iż-Żejtun kienet qabżet għal numru ta’ bdiewa li jaħdmu dawn l-artijiet wara li rċevew ittra mill-Malta Industrial Parks (MIP), fejn intalbu jiżgumbraw ir-raba’ f’qasir żmien.
Il-Partit Demokratiku (PD) sostna ma' Newsbook.com.mt li dan kollu sar grazzi għall-azzjoni fil-Parlament tal-PD u permezz tal-Membru Parlamentari Godfrey Farrugia li r-rebħa tal-bdiewa ġiet kif ġiet.
Aqra dwar x'kien qed jiġi propost dwar din l-art f'Bulebel.