“L-armi tal-kaċċaturi mhumiex ta’ periklu”

Il-Kummissarju Ewropew tas-suq intern Elżbieta Bieńkowska qalet li l-armi tan-nar semi-automatic firearms mhumiex ta’ periklu.
Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari, il-Kummissarju Elżbieta Bieńkowska, qalet li b’differenza mill-automatic firearms li joħolqu thedida għas-sigurtà, is-semi-automatic firearms mhumiex ta’ periklu.
Spjegat li dan ħareġ minn evalwazzjoni tal-istudju li sar fl-2014 dwar l-armi tan-nar.
L-istudju juri li l-armi tan-nar awtomatiċi jistgħu jiġu mibdula għall-armi semi-automatic, għaldaqstant dan jista’ jkun ta’ periklu għax jistgħu jinbidlu wkoll f’armi militari.
Saħqet li l-argument li s-semi-automatic huma ta’ periklu, mhux sostnut bl-istatistika.
Żiedet tgħid li skont dawn l-istudji ma jirriżultax li dawn l-armi għandhom jiġu illegali.
Temmet tgħid li jekk ikunu illegali, il-ligi mhux se sservi biex issaħħaħ is-sigurtà imma toħloq inċertezza għall-kaċċaturi u l-isportivi.