L-armata Ukrena tirtira minn parti mill-ajruport okkupat

L-Armata Ukrena rtirat mill-ajruport mhux użat li kienet qed tokkupa f’Donetsk, fejn kien hemm għadd ta’ skontri bejnha u r-ribelli Russi fl-aħħar ġimgħat.
Fl-istess ħin, żammet kontroll ta’ parti żgħira ta’ terminal minnhom.
Irtirat f’ebda sinjal ta’ ċaqlieq tal-pożizzjoni tagħha imma għaliex ir-ribelli qerdu partijiet mill-bini fejn kienu qed jistkennu s-suldati Ukreni.
Fl-aħħar ġimgħat, il-ġlied f’din il-parti tal-Ukraina żdied tant li nqatlu xi suldati.
Minn April li għadda, minn kemm ilu li nqala’ l-ġlied, inqatlu b’kollox madwar 4,800 ruħ u iktar minn miljun ruħ kellhom jabbandunaw darhom.