L-armata tal-Etjopja tfittex iktar minn 100 tifel u tifla misruqa fl-aħħar jiem

L-armata tal-Etjopja qasmet il-fruntiera u daħlet fis-Sudan t’Isfel biex tfittex madwar 100 tifel u tifla li nsterqu ftit jiem ilu.
F’attakk għall-għarrieda nqatlu iktar minn 200 persuna.
Skont xhieda, il-militanti bdew jisparaw fuq kull min ipprova jwaqqafhom milli jieħdu lit-tfal.
Inserqu wkoll iktar minn 2,000 annimal.
Ministru tal-Gvern Etjopjan qal li l-armata għandha idea ċara ta’ fejn jistgħu jinsabu t-tfal u qed titlob l-approvazzjoni tal-Gvern tas-Sudan t’Isfel biex tkun tista’ taġixxi.