L-Armata ssalva 1,276 persuna minn ħalq il-mewt fl-2016

Il-Forzi Armati ta’ Malta s-sena li għaddiet salvat 1,276 persuna waqt missjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ.
Il-Ministeru tal-Intern qal li l-iskwadra tal-ajru tal-Forzi Armati wettqet 64 siegħa ta’ titjir waqt dawn il-missjonijiet, waqt li l-iskwadra marittima tal-Forzi Armati baħħru 1,251 jew 52 jum sħaħ biex għamlu rondi fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija.
L-informazzjoni ingħatat għall-mistoqsija Parlamentari tal-Whip Laburista Byron Camilleri.