L-armata Iżraeljana tgħid li qatlet il-kap tal-Ġiħad Iżlamika

People gather around the home of Palestinian Islamic Jihad field commander Baha Abu Al-Atta after it was hit by an Israeli strike that killed him in Gaza City November 12, 2019. REUTERS/Mohammed Salem

L-armata Iżraejljana ħabbret li f’attakk li sar matul il-lejl inqatel il-kap tal-Ġiħad Iżlamika f’attakk immirat u intenzjonat.

Fl-istqarrija tagħha, l-armata Iżraejljana qalet li dan l-attakk sar fid-dawl tal-fatt li Baha Abu Al-Atta kien responsabbli ta’ serje ta’ attakki u kien qed jippjana oħrajn.

Il-qtil ta’ Abu Al-Atta ser joffri sfida lil Hamas, li ilha mill-2014 tipprova żżomm il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied ħaj.