​L-Armata Ingliża dalwaqt se jkollha “t-Twitter Troops”

L-Armata tal-Ingilterra se twaqqaf sezzjoni ġdida ta’ suldati “kreattivi” li se jintużaw biex jiġġieldu gwerer psikoloġiċi u dawk diġitali.
Dawn is-suldati tħarrġu apposta sabiex ikunu esperti fi gwerer psikoloġiċi li jinkludu l-użu tal-mezzi soċjali biex jegħlbu lill-għedewwa.
Għalkemm din is-sezzjoni se tibda taħdem minn April li ġej, dawn is-suldati diġà bdew jissejjħu bħala t-Twitter Troops.
Il-Ġeneral Ingliż Sir Nick Carter qal li l-għan wara dawn it-truppi huwa sabiex l-Armata Ingliża jkollha intelliġenza akbar fid-dinja ta’ Facebook, Twitter u mezzi soċjali oħra.