L-arma sigrieta tar-Reġina

Dan l-aħħar kienet misjuba soluzzjoni għal meta r-Reġina tal-Ingilterra tkun teħtieġ xi naqra pawsa milli xxejjer lill-kottra li tkun qed tistenniha bil-ħerqa. Issa r-reġina għandha arma sigrieta li tista’ tuża meta tkun għejjiet ixxejjer!

Studenti Awstraljani, skont il-Prinċipessa Anne, ppreżentaw lir-Reġina makkinarju li jinkludi ingwanta mimmlija fuq zokk ta’ injama biex meta tkun għejjiet tkun tista’ tuża din l-ingwanta minflok idha biex ixxejjer. Għalkemm l-istudenti tawha dan ir-‘rigal’ bħala ċajta, jidher li r-Reġina kienet impressjonata bl-idea.