L-Arka ta’ Noè b’attività għal tfal b’diżabilità

Ritratt: Facebook/L-ArkaTaNoe

Is-Sibt 1 ta’ Frar 2020, l-Arka ta’ Noè fis-Siġġiewi ser torganizza attività mill-isbaħ immirata għal tfal b’diżabilità u l-ġenturi tagħhom.

F’din l-attività, mistennija jipparteċipaw bosta għaqdiet tal-annimali fosthom l-għaqdiet ta’ dawk li jrabbu l-fniek, dawk li jrabbu annimali eżotiċi, dawk li jrabbu r-rettili u oħrajn. 

F’din l-attività, mistennija jipparteċipaw bosta għaqdiet tal-annimali fosthom l-għaqdiet ta’ dawk li jrabbu l-fniek, dawk li jrabbu annimali eżotiċi, dawk li jrabbu r-rettili u oħrajn.   

L-attività mistennija tibda għall-ħabta ta’ nofsinhar u tibqa’ għaddeja sal-4:30pm u d-dħul se jkun kompletament bla ħlas għat-tfal bi bżonnijiet speċjali kif ukoll għall-adulti li se jkunu qed jakkumpanjawhom.