L-Arġentina tikkanċella logħba futbol kontra l-Iżrael

L-Arġentina kkanċellat logħba futbol ta’ ħbiberija kontra l-Iżrael minħabba l-mod kif l-Iżrael titratta lill-Palestinjani.
Dan wassal għal rabja kbira fost uffiċjali Iżraeljani.
Id-deċiżjoni li ma tintlagħabx il-logħba ġiet min-naħa tal-plejer Arġentin Lionel Messi u sħabu l-oħrajn ma lagħbux b’turija ta’ solidarjetà lejn il-kollega tagħhom.
Uffiċjali Palestinjani kienu rrabjati li l-logħba kienet se tintlagħab fil-belt ta’ Ġerusalemm, fejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani ma jaqblux dwar min għandu jkollu s-sovranità tal-istess belt.