L-Arġentina testendi l-kwarantina nazzjonali sal-10 ta’ Mejju

People keep social distance while waiting in line to take voluntary blood samples to check for coronavirus disease (COVID-19) at Constitucion train station in Buenos Aires, Argentina April 24, 2020. REUTERS/Agustin Marcarian

Read in English.

L-Arġentina se tkun qed testendi l-perjodu ta’ kwarantina nazzjonali sal-10 ta’ Mejju bil-għan li tissielet kontra l-firxa tal-coronavirus. Dan ħabbru l-President Alberto Fernandez ilbieraħ.

Il-miżura imposta mill-Gvern minn nofs Marzu kienet waslet biex tiskadi. “Bil-passi li ħadna rnexxielna nilħqu xi oġġettivi li għamilna fil-passat, iżda dan ma jfissirx li s-sitwazzjoni hija riżolta,” qal Fernández waqt l-indirizz tiegħu permezz tat-televiżjoni.

Fernández ħabbar li ċertu restrizzjonijiet tneħħew u se jkunu qed jippermettu li l-poplu Arġentin jitħalla joħroġ għal passiġġata barra mid-djar tiegħu matul il-ġurnata.

Il-governanti tal-provinċji se jitħallew joħorġu eċċezzjonijiet għall-miżuri ta’ iżolazzjoni dment li jintlaħqu ċertu kundizzjonijiet sanitarji.

In-nazzjoni li jinsab fl-Amerika t’Isfel kellu total ta’ 3,780 każ tal-coronavirus u total ta’ 185 mewta.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn