L-Arġentina terġa’ tispiċċa fi kriżi ekonomika

L-Arġentina reġgħet tinsab f’default għat-tieni darba f’dawn l-aħħar 13-il sena.
Dan ifisser li l-Arġentina m’għandhix aktar fondi disponibbli biex tħallas.
Il-Gvern Arġentin ma rnexxilux jerġa’ jilħaq ftehim biex ikollu hedging għall-fondi.
Għadda wkoll iż-żmien li fih il-Gvern Arġentin kellu jħallas lura l-bonds li dawk li investew fl-ekonomija tal-pajjiż.
Il-medjaturi finanzjarji qalu li ressqu numru kbir ta’ soluzzjonijiet differenti iżda l-Gvern Arġentin għażel li jinjorahom.
Il-Gvern ta’ De Kirchner sostna li l-pagamenti saru iżda l-hedging funds għażlu li jimblokkaw kollox.