L-Arġentina jerbħu l-logħba ad unur il-Papa Franġisku

Meta lbieraħ ntlagħab programm sħiħ ta’ partiti ta’ ħbiberija,  Fil-partita li ntlagħbet ad unur il-Papa Franġisku, l-Italja tilfu kontra l-Arġentina 2-1.   Kienu l-Arġentina li fetħu l-iskor minn Gonzalo Higuain fl-20 minuta.   Tletin minuta wara, Ever Banega għamilhom 2-0.   Imbagħad Lorenzo Insigne fil-75 minutra naqqas il-marġn għat-Taljani.  Meta tqis li kien l-istaġun fejn it-Taljani jieħdu l-vaganzi tagħhom kien hemm aktar minn 40 elf ruħ li raw il-partita fil-grownd.

Sadanittant, f’partita  li ntlagħbet f’Baku, Malta sfat megħluba bl-iskor ta’ 3-0 mill-Ażerbaijan.  Skorjaw Dadashov wara 5 minuti.  Fit-62 minuta Aliyev għamilhom 2-0.  Dadashov reġa' skorja fil-71 minuta.   Fit-68 minuta kien mkeċċi Andrei Agius.

Fost il-partiti l-oħra, l-Ingiltera għelbu lill-Iskozja bl-iskor ta’ 3-2, filwaqt li l-Ġermanja ġew miżmuma fi dro ta’ 3-3 mill-Paragwaj.    L-Isvizzera għelbu lill-Brażil 1-0.

Ilbieraħ ntlagħbet ukoll partita mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2014.  L-Irlanda ta’ Fuq għelbu lir-Russja 1-0.

Sadanittant, f’logħba ta’ taħt il-21 sena, partita ta’ ħbiberija, it-tim nazzjonali Malti f’Budapest tilef il-parita kontra l-Ungerija.   Malta ġiet megħluba b’gowl fil-ħin miżjud.

 

Ritratt: Gonzalez ta’ l-Arġentina fuq ix-xelluq u Christian Maggio jogħlew għall-ballun waqt il-logħba ta’ Ħbiberija Italja – Arġentina fl-istadjum Olimpiku ta’ Ruma.