L-Arċisqof u ż-żgħażagħ jibdew pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa

Curia – church.mt/photos

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna llum ħalla Malta flimkien ma’ grupp ta’ żgħażagħ għal pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa.

Fi stqarrija l-Arċidjoċesi ta’ Malta qalet li hemm 28 żgħażagħ bejn il-15 u t-30 sena. Magħhom hemm ukoll żewġ saċerdoti.

Matul il-pellegrinaġġ se jżuru Nazaret, Betlem u Ġerusalemm.

Dan il-pellegrinaġġ huwa organizzat mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa u l-Kummissjoni tal-Knisja għaż-żgħażagħ (MCYN), bħala parti mill-esperjenzi li l-Arċisqof qed jagħmel matul din is-sena bi tħejjija għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ f’Ottubru li ġej li sejjaħ il-Papa Franġisku.

Il-grupp jasal lura Malta fl-10 ta’ Lulju.