L-Arċisqof u l-Kappillani jirriflettu dwar l-esperjenzi taż-żgħażagħ

Ġie fi tmiemu l-live-in annwali tal-Kappillani li din is-sena kellu l-pastorali maż-żgħażagħ fiċ-ċentru tiegħu.
Fil-fatt, il-live-in kien indirizzat mill-Kummissjoni tal-Knisja għaż-Żgħażagħ, il-Malta Catholic Youth Network.
Ma' Newsbook.com.mt, id-Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħażagħ qal li bħalissa għaddejin laqgħat maż-żgħażagħ bil-għan li jsemmgħu leħinhom u juru x-xewqat u l-viżjoni tagħhom għall-knisja.
L-għan huwa li dawn l-esperjenzi jservu ta' pedament għall-pastorali fil-parroċċi anke fid-dawl tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ.
L-Arċisqof kien ikoll preżenti u appella lill-Kappillani biex f'ismu u f'isem il-Knisja jxandru l-ferħ tal-Evanġelju u jkunu viċin in-nies.