L-Arċisqof ta’ Glasgow nominat amministratur apostoliku wara r-riżenja tal-Kardinal Keith O’Brien

F’messaġġ barra l-Knisja ta’ St Andrew’s f’Edinburgh, l-Arċisqof ta’ Glasgow Philip Tartaglia indirizza lill-komunità nisranija qabel aċċetta li jiġi nominat mill-Papa Benedittu XVI bħala amministratur apostoliku tal-Arċidjoċesi.

Sakemm jiġi appunat Arċisqof ġdid, l-Arċisqof Tartaglia se jkun qed jieħu ħsieb 27 parroċċa madwar l-Iskozja. Qal li għandu sogħba kbira li din il-komunità tilfet lill-Kardinal Keith O’Brien f’ċirkostanzi tassew diffiċli.

Żied li bl-għajnuna tal-grazza t’Alla, se jkun qed jagħmel li jista biex jaqdi dmirjietu. B’mod partikolari rrefera għad-diversi artikli dispreġġjattivi u ta’ tmaqdir li nkitbu kontra l-Knisja wara r-riżenja ta’ O’Brien.