L-Arċisqof se jżewweġ żewġ koppji Eritrej

B’inizjattiva tal-Kummissjoni Emigranti, l-Arċisqof Pawl Cremona se jmexxi ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ ta’ żewġ koppji Eritrej.

Iċ-ċelebrazzjoni se ssir nhar il-Ħadd li ġej, 29 ta’ Settembru 2013, fil-11.00am, fil-Knisja tal-Patrijiet Kapuċċini, fil-Furjana.

Iż-żewġ koppji huma parti mill-komunita’ ta’ immigranti li jinsabu Malta wara li qasmu l-Mediterran fuq dgħajjes, u li meta waslu talbu protezzjoni internazzjonali. 

Huma xtaqu li fiż-żmien li jinsabu Malta jħejju ruħhom biex ikunu jistgħu jiċċelebraw iż-żwieg fil-Knisja Kattolika u talbu lill-Kummissjoni Emigranti tgħinhom jirrealizzaw ix-xewqa tagħhom.