L-Arċisqof se jordna djaknu ġdid

Read in English.

Is-Seminarist Andrew Camilleri se jiġi ordnat djaknu mill-Arċisqof Charles Scicluna llum.

Il-quddiesa se ssir fir-Residenza San Vinċenz de Paule f’Ħal Luqa.

Camilleri huwa mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina fiż-Żurrieq u bħalissa jaħdem fiċ-Ċentru Internazzjonali tal-Moviment Fokolari f’Ruma.

L-irwol ta’ djaknu huwa li jassisti lill-qassisin fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, fl-amministrazzjoni tas-sagrament tal-magħmudija, waqt iċ-ċerimonji taż-żwieġ, li jipproklama l-Evanġelju u jqaddes il-funerali.