L-Arċisqof se jordna 4 saċerdoti ġodda

Kurja

L-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed jordna erba’ saċerdoti ġodda nhar is-Sibt 27 ta’ April.

L-ordinazzjoni presbiterali ta’ djakni djoċesani se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am.

Fi stqarrija l-Kurja qalet li l-erba’ djakni li se jiġu ordnati mill-Arċisqof Scicluna huma Peter Ellul mill-Paroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt, Jean Gove mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, Aayrton Ray Muscat mill-Parroċċa ta’ Santa Luċija, l-Imtarfa, u Matthew Pulis mill-Parroċċa tal-Familja Mqaddsa, l-Iklin.

Il-Kurja temmet tgħid li kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni presbiterali u biex jitolbu għal aktar vokazzjonijiet u għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawn li se jiġu ordnati nhar is-Sibt li ġej.