L-Arċisqof Scicluna jintalab jindirizza l-Isqfijiet Pollakki

Read in English.

Ix-xahar id-dieħel l-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed jipparteċipa fis-sessjoni li jmiss tal-Konferenza Episkopali Pollakka. Huwa ġie mistieden mill-isqfijiet Pollakki biex jagħmel id-diskors tiegħu bħala l-investigatur ewlieni tal-Vatikan f’każi ta’ abbuż sesswali. Kelliem għall-Arċidjoċesi ta’ Malta kkonferma din l-aħbar.

Is-sit Gazeta.pl qal li ż-żjara tal-Arċisqof Scicluna fil-Polonja f’Ġunju li ġej tħabbret mill-Arċisqof Pollakk Wojciech Polak f’Marzu li għadda. L-attivista u membru parlamentari Joanna Scheurnig-Wielgus qalet mal-istess sit li ż-żjara tal-Arċisqof Malti fil-Polonja hija konsegwenza tar-rapport mill-Fondazzjoni Pollakka “Have no fear” li taħdem favur il-protezzjoni tal-minuri fil-Polonja.

AQRA: Activists urge Pope to sack some Polish bishops for not reporting sex abuse cases

L-istess rapport semma 24 uffiċjal, Isqof u Arċisqfijiet li kellhom rwol sostanzjali biex jaħbu każijiet ta’ abbuż fuq minuri. Ir-rapport jgħid ukoll li l-qassisin imsemmija kienu jiġu trasferiti minn parroċċa għal oħra flok jitressqu quddiem il-ġustizzja.

L-Arċisqof kien maħtur bħala Segretarju Aġġunt tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi tas-Santa Sede.

Filmat: Ħatra ġdida għall-Arċisqof Scicluna mill-Papa Franġisku

Fil-bidu tas-sena huwa kien wieħed mill-organizzaturi tal-ewwel summit tal-Isfqijiet fil-Vatikan dwar il-protezzjoni tal-minuri.

Kien l-Arċisqof Scicluna li s-sena li għaddiet ħejja rapport dwar l-investigazzjoni li kien mitlub jagħmel fuq l-Isqfijiet Ċileni li minnu kien ħareġ li l-Isqfijiet kienu ħbew każi ta’ abbużi. 34 Isqof fiċ-Ċilì kienu taw ir-riżenja tagħhom lill-Papa Franġisku, b’uħud minnhom ġew aċċettati.

Abbuż Ċilì: 34 Isqof joffru r-riżenja lill-Papa wara r-rapport tal-Arċisqof Scicluna

Il-Washington Post, din il-ġimgħa stess iddeskriviet lill-Arċisqof Scicluna bħala l-investigatur ta’ emerġenza tal-Vatikan u ġie mfaħħar għax-xogħol siewi li għamel f’bosta investigazzjonijiet f’abbużi sesswali mill-kleru madwar id-dinja.

AQRA: “Probabbli nerġa’ ninvestiga abbużi sesswali mill-kleru” – L-Arċisqof Scicluna

Il-ġimgħa li għaddiet, f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fis-Sala Stampa tal-Vatikan, l-Arċisqof Scicluna sostna li ħadd mhuwa ‘l fuq mil-liġi.

Filmat: ‘Ħadd mhu ‘l fuq mil-liġi’ – L-Arċisqof Scicluna