L-Arċisqof Scicluna jbierek l-estenzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata

Read in English.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek l-estenzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata waqt żjara li għamel is-Sibt filgħodu mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Iż-żjara saret ftit ġimgħat qabel ikunu ffinalizzati l-kuntratti tal-bejgħ tal-ewwel 380 qabar f’ din l-estenzjoni taċ-ċimiterju. Mas-700 qabar ieħor ser ikunu tlestew fl-ewwel kwart tas-sena 2021.

B’kollox din l-estenzjoni se jkollha 2,880 qabar ġdid, li wħud minnhom għadhom jistgħu jinxtraw mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali.

Tul dan il-proġett, li qed isir mill-konċessjonarju Campo Santo, sar ukoll xogħol ta’ restawr fuq diversi statwi u żoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, filwaqt li x-xogħlijiet fuq il-kappella taċ-ċimiterju mistennija jibdew fil-bidu tas-sena d-dieħla.