“L-Arċisqof Scicluna indispensabbli għall-Papa” – La Croix

Il-ġurnal awtorevoli Kattoliku La Croix iddeskriva lill-Arċisqof Charles Scicluna bħala persuna indispensabbli għall-Papa Franġisku.

F’editorjal, dwar l-iktar personalitajiet importanti għas-summit dwar l-abbuż sesswali, kittieb ewlieni ta’ La Croix, jgħid li l-ħatra ta’ Mons. Scicluna f’Novembru li għadda, bħala Segretarju Aġġunt tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi tas-Santa Sede, tatih awtorità sinifikanti. Jispjega li dan ifisser li l-Arċisqof Scicluna huwa responsabbli mill-uffiċċju li jitratta materji ta’ dixxiplina, bil-għan li jsir l-uffiċċju investigattiv kontra min jabbuża.

Filmat: Ħatra ġdida għall-Arċisqof Scicluna mill-Papa Franġisku

Dan huwa t-tieni minn sensiela ta’ ħames artikli ta’ La Croix dwar is-summit li se jsir fi Frar li ġej, u li wieħed mill-organizzaturi tiegħu huwa l-Arċisqof Scicluna.

AQRA r-rapport sħiħ hawn.