L-Arċisqof josserva minuta silenzju għall-vittmi tal-attakki f’Pariġi

Illum f’nofsinhar, l-Arċisqof Charles Scicluna flimkien mal-impjegati tal-Kurja u tal-Caritas osservaw minuta silenzju għall-vittmi tal-attakki terroristiċi li seħħew f’Pariġi.
L-Arċisqof Scicluna ċċelebra wkoll Quddiesa b’suffraġju għall-vittmi li tilfu ħajjithom fil-attakki, filwaqt li sar ukoll talb għall-paċi.