L-Arċisqof jordna ħames djakni ġodda

Kurja – knisja.mt/ritratti

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed jordna ħames djakni ġodda nhar il-Ħadd 12 ta’ Mejju. Il-ħames seminaristi li se jiġu ordnati djakni waqt il-Quddiesa li se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9am. Il-Kurja fi stqarrija qalet li kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni.

Osmar Baldacchino mill-Parroċċa ta’ San Nikola, is-Siggiewi, David Borg mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar, Christopher Bugeja mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat, Jonathan Debattista mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien, u Tony Pace mill-Parroċċa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi.

Il-Kurja fi spjegat li permezz tal-ordinazzjoni, id-djakni l-ġodda jsiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd. Spjegat ukoll id-dmirijiet tad-djaknu, li wieħed jiddedika ħajtu għal qadi bl-imħabba fis-servizz tiegħu lejn il-poplu, jassisti lill-isqof u lis-saċerdoti fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-misteri qaddisa, l-aktar tal-Ewkaristija, jamministra s-Sagrament tal-Magħmudija, jassisti għaż-żwieġ, jbierku, ixandar l-Evanġelju u jipprietkah u jmexxi l-funerali.

Il-Kurja ħeġġet lill-pubbliku biex jattendi filwaqt li stiednet lill-kulħadd jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall-qdusija tal-kleru.

AQRA: Filmat: Saċerdot frisk jispjega kif il-Knisja ssir iktar relevanti

AQRA: L-Arċisqof se jordna 4 saċerdoti ġodda