Read in English.
L-Arċisqof Charles Scicluna fl-aħħar tal-Quddiesa stieden lill-President ta’ Malta George Vella biex jaqra d-dikjarazzjoni maħruġa mill-Vatikan u mill-Arċidjoċesi ta’ Malta, li tħabbar iż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta.
Bit-titlu Vjaġġ Appostoliku mill-Papa Franġisku f’Malta l-istqarrija tgħid hekk:
“Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku jilqa’ l-istedina tal-President tar-Repubblika ta’ Malta, tal-Awtoritajiet u tal-Knisja Kattolika tal-Pajjiż, u se jagħmel Vjaġġ Appostoliku f’Malta u Għawdex fil-31 ta’ Mejju 2020. Il-programm tal-vjaġġ se jitħabbar iktar ‘il quddiem”.
L-Arċisqof Scicluna mbagħad ippreżenta l-logo taż-żjara tal-Papa f’Malta lill-Ministru Josè Herrera f’isem il-Gvern Malti.

Fil-vlogg tiegħu, li ħareġ bi tliet lingwi – Il-Maltin, l-Ingliż u t-Taljan, l-Arċisqof stieden lill-poplu Malti, biex f’dawn ix-xhur ta’ preparazzjoni għall-miġja tal-Papa, “nersqu lejn xulxin, ninsew it-tbatijiet li forsi għamilna lil xulxin, b’xi kelma jew b’azzjoni ħażina, nitolbu maħfra lil Alla u lil xulxin”.
Vlogg bit-Taljan: