L-Arċisqof jintervjeni biex jiġu salvati kotba mormija

TVM

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna intervjena biex jiġu salvati l-kotba antiki b’valur storiku li ntremew fi trakk fil-Belt Valletta.

Mons. Scicluna stqarr fuq Twitter li jinsab grat li l-Provinċjal ikkollabora biex jinżammu l-kotba, filwaqt li esprima gratitudni kbira lejn il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici, li offra biex il-kotba jinżammu f’sit ta’ Heritage Malta.
Skont is-sit tal-istazzjon nazzjonali, il-kotba mormija fit-trakk fi Triq il-Merkanti, imorru lura għas-Seklu 17. Barra minn hekk, it-trakk bil-kotba aktar tard intlemaħ f’Birkirkara.
 
Iktar kmieni, f’post fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, Alessandra Dee Crespo spjegat li għamlet kuntatt mal-Arċisqof Scicluna, li ftit tal-minuti wara taha l-aħbar li l-kotba se jinżammu.