L-Arċisqof jinsab f’Ruma sal-Ħadd

L-Arċisqof Charles Scicluna jinsab f’Ruma biex mil-lum jagħti kors dwar il-Proċeduri Penali skont il-Liġi tal-Knisja.
Il-kors se jsir fil-Pontificia Università Gregoriana.
F’Ruma, l-Arċisqof se jattendi wkoll għal laqgħa regolari tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, fil-Vatikan.
L-Arċisqof mistenni lura Malta nhar il-Ħadd.