L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Isqof Malti fil-Perù

Ritratt: Kurja – knisja.mt/ritratti

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi iltaqgħu mal-Isqof Malti fil-Perù Mons. Giovanni Cefai fil-Kurja tal-Arcisqof fil-Furjana.

Fi stqarrija, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qalet li l-laqgħa saret mal-wasla ta’ Mons. Cefai dalgħodu.

Din hi l-ewwel żjara tal-Isqof Cefai f’Malta minn meta fit-3 ta’ April li għadda l-Papa Franġisku ħatru Isqof tal-Prelatura Territorjali l-ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil-Perù.

Mons. Cefai hu l-ewwel Isqof Malti tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.

Fl-okkażjoni ta’ din l-ewwel żjara tal-Isqof Giovann Cefai f’raħal twelidu, għada, il-Parroċċa taż-Żebbuġ se toħroġ kartolina kommemorattiva b’timbru speċjali mill-Maltapost.

Ara fejn se jkun l-Isqof Cefai waqt iż-żjara tiegħu f’Għawdex