L-Arċisqof jiltaqa’ mal-għarajjes li se jiżżewġu din is-sena

Nhar is-Sibt li ġej, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiltaqa’ mal-koppji għarajjes li se jiżżewġu din is-sena, waqt Quddiesa li se ssir fil-Konkatridal ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-5.30 pm.
Id-Direttur tal-Moviment ta’ Kana, Mons. Charles Attard iċċelebra quddiesa oħra fil-Konkatidral ta’ San Ġwann is-Sibt li għadda, li għaliha ġew mistiedna koppji li żżewġu s-sena l-oħra
Dawn iż-żewġ ċelebrazzjonijiet ġew organizzati mill-Moviment ta’ Kana.
Ritratt: Kurja