L-Arċisqof jiltaqa’ mal-familji fil-Park il-ġdid ta’ Sant’Antnin f’Marsaskala

L-Arċisqof Pawl Cremona iltaqa’ ma għadd ta’ tfal u familji li dalgħodu żaru il-Park il-ġdid tal-Familji ta’ Sant’Antnin.

Numru kbir ta’ familji dalgħodu ħadu l-okkażjoni biex fit-temp sabiħ u bnazzi li ħareġ, żaru dan il-park il-ġdid. Il-Prim Ministru inawgura dan il-park li qal inbidel minn miżbla fi spazju rikreattiv għall-familji Maltin.

Ritratti: Stefan Pullicino