L-Arċisqof jilqa’ lill-Prinċep ta’ Wales fil-Katidral tal-Imdina

L-Arċisqof Charles Scicluna dalgħodu laqa’ lill-Prinċep ta' Wales u lid-Dukessa ta’ Cornwall fil-Katidral tal-Imdina.
F’kummenti lill-medja, l-Arċisqof aċċenna għall-fatt li ħin minnhom il-Prinċep ta' Wales qallu li “aħna lkoll Insara”.
Għal dan l-Arċisqof wieġeb li din hi aħbar tajba għax tisħaq l-importanza tal-għaqda bejn reliġjonijiet Insara.
Tkellem ukoll dwar iċ-CHOGM fejn qal li laqgħat bħal dawn mhux biss isaħħu s-sens ta’ rabta bejn pajjiżi li kellhom passat kolonjali, iżda wkoll impenn għall-futur.
L-Arċisqof Scicluna qal li wera s-sodisfazzjon tiegħu bl-apprezzament ġenwin li wera l-Prinċep ta' Wales mhux biss dwar il-bini nnifsu tal-katidral, iżda fuq kollox dwar servizzi reliġjużi li joffri l-katidral bħala post ta’ qima.