Filmat: “Knisja żagħżugħa toħroġ mis-sagristiji kontra l-ħażen u l-interessi personali”

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=EV8rUBTUJxM]
L-Arċisqof Charles Scicluna saħaq li Knisja żagħżugħa u b’saħħitha m’għandhiex tikkakkma mas-sagristiji, iżda timraħ fl-irkejjen tad-dinja kollha enerġija, tħabbar il-vanġeli u l-aħbar it-tajba ta’ sliem u rebħa fuq il-ħażen u l-interessi personali.
Waqt il-Quddiesa tal-Għid il-Kbir, iċċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, Mons. Scicluna qabbel l-effett tal-Għid fuq il-Knisja, bħal dak it-trux u mutu li fil-ħin u l-waqt isir żagħżugħ b’saħħtu mimli aħbarijiet tajba.
Aċċenna għall-element ta’ tiġdid li għandu jġib l-Għid.
Fakkar li hu għalhekk li l-Knisja tibqa’ tfakkar dik li sejħilha “żgħożija ġdida” kull l-ewwel jum tal-ġimgħa.
L-Arċisqof ta’ Malta temm l-omelija pjuttost qasira tiegħu billi stieden lill-Kristjani jifirħu b’dan l-aqwa rigal tal-Irxoxt, jiġifieri s-sliem dejjiemi.